Date/Time
Date(s) - 04 Nov 2019
Wara li ftit tal-jiem ilu ċċelebrajna l-anniversarju mill-mewt ta’ Ġużè Bonnici, qed inħabbru t-tnedija tal-ktieb bin-novelli tiegħu, ‘L-Oħla Kelma u stejjer oħra’.
Dawk kollha interessati jistgħu jattendu u anki jordnaw il-ktieb minn qabel bi prezz speċjali billi jsegwu d-dettalji f’dan l-avveniment.
It-tnedija se ssir it-Tnejn, l-4 ta’ Novembru fis-7.30pm f’Palazzo De La Salle il-Belt Valletta. Dħul b’xejn.