Malta Festival of Ideas | Multidisciplinary Performance | Ambjent Pinna!
Ambjent Pinna! Hija serata li tesplora t-tema ċentrali tal-Festival tal-Ideat, il-bidla fil-klima, permezz tal-letteratura u l-arti performattiva.
Antonella Galea Loffreda se tkun qed tinterpreta monologu bbażat fuq rumanz ta’ David Aloisio filwaqt li Miguel Formosa se jagħti ħajja lil monologu ieħor ibbażat fuq kitba ta’ Lara Calleja.
Diversi poeżiji mill-pinna ta’ Norbert Bugeja, Nadia Mifsud, John P. Portelli, Elisabeth Grech, Karina Fiorini, Patrick Sammut u Albert Marshall se jingħataw il-ħajja permezz ta’ taħlita ta’ qari minn Marceline Galea u Michael Mangion, żfin minn Dancel Dance Studio u għana minn Mariele Zammit akkumpanjata mill-mużiċist Albert Garzia.
Serata mużiko-letterarja li titratta t-tema ċentrali mil-lenti ta’ diversi kittieba Maltin b’direzzjoni artistika u produzzjoni ta’ Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.
Dħul b’xejn iżda b’reġistrazzjoni minn fuq is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel.

