Mistura ta’ Mhabba ghal Arlekkino

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-UNESCO tal-Commedia dell’ Arte, il-MSA ippreżentat
Mistura ta’ Mħabba għal Arlekkino, 
farsa oriġinali ta’ Narcy Calamatta, produzzjoni teatrali bil-Malti mtella mill-fondazzjoni ZARARTI.

L-ispiżjar BENVOGLIO skopra mistura li meta tixrobha u tiftaħ għajnejk issir tħobb l-ewwel kreatura li tara, kemm bniedem u kemm ħmar.

Benvoglio iħobb lil ISABELLA, it-tifla tan-negozjant xħiħ PANTALONE, izda jistħi jgħidilha. Kull meta jaraha jibda jtemtem.

Isabella tħobbu wkoll iżda bħala xebba ma tistax tgħidlu. Għalhekk tqabbad lis-serva tagħha COLOMBINA biex tilbes minn flokha u tmur tħabbar imħabittha lil Benvoglio. Colombina issejjaħ lil għażżien ARLECCHINO biex jgħinnha. Dan il-ħmar iżjed iħawwad il-borma u kullħadd jispiċċa konfuż.

PANTALONE ma jimpurtahx lil min tiżżewweġ it-tifla tiegħu basta jaċċetta li jeħodha bla dota. Jiġri li hu ukoll jibla l-mistura ta’ mħabba u b’hekk jitlef għaqlu u flusu kollha.

7M9A03367M9A02657M9A02547M9A02187M9A01657M9A01127M9A00757M9A0205

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.