L-ikbar kutra fid-dinja

L-akbar kutra maħduma bil-ganċ fid-dinja

Bed Cover by MSA student 1X’inhi l-intenzjoni?

Fl-2018 (meta Leeuwarden se tkun il-belt kapitali kulturali Ewropea)Malta, bħall-Olanda, tixtieq turi lid-dinja il-”Iepen mienskip” – “soċjetà miftuħa” (it-tema ta’dik is-sena) bil-ħolqien tal-ikbar kutra maħduma bil-ganċ fid-dinja – tifsira tal-qawwa, l-għaqda, id-diversità, il-konnessjoni u n-naħa mlewna tas-soċjetà tagħna.

Din il-kutra enormi se tkun magħmula minn 10,000 kutra singulari maħduma bil-ganċ (140cm x 200cm) li se jiġu magħqudin flimkien fil-kantunieri. Wara li tiġi fi tmiem tagħha l-isfida, il-kutri se jiġu mogħtija lil Good Causes,li min-naħa tagħhom ser ikunu qed iqassmu l-kutri direttament lilpersuni u organizzazzjonijiet li jeħtiġuhom.B’dan il-mod “il-ħajt aħmartal-ballun tas-suf” li inti tibda, jilħaq il-persuna li tirċievi l-kutra.

Għaliex hija importanti?

Bil-veloċità ta’ prosperità ekonomika,il-bniedem nesa jinkludi l-għaqda. Bħala ċittadini Ewropej jeħtieg niskopru kemm hu importanti, utli u prezzjuż in-netwerk soċjali sabiex inkunu kapaci nirritornaw lura għal soċjetà parteċipattiva. Imma kif ħa nagħmlu dan?Kif tista’ żżomm dan in-netwerk u kif tista’ tagħmel użu minnu? Trid tingħaqad ma’ din l-inizjattiva? Inti tista’ taħdem il-ganċ billi taqsam il-ħin u l-għarfien tieghek. Insiru nafu lil xulxin aktar, u jekk ikun meħtieġ, nitolbu lil xulxin għall-għajnuna u l-appoġġ.

Kif tistgħu tissieħbu?

Inti tista’ tipparteċipa bi tliet modi:

1) Tista’ taħdem kwadrett bil-ganċ jew aktar – Granny’s squares 10cmx10cm u tagħtihom lil min hu inkarigat minnhom. L-inkarigati huma:

  • Maria Spiteri – D. Elegance, Victoria, Ghawdex (Tel: 21566961 – Mob: 99426210)
  • M’Louise Bajada – Ghawdex (Mob: 79267025 – Email: mlbajada@yahoo.com)
  • Madlene Muscat  – Mosta (Tel: 21414560 – Mob: 99895209 – Email: madjune62@gmail.com)
  • Carmen Ellul – B’Bugia (Tel: 21653160 – Mob: 79653160 – Email: ellulc@gmail.com)

Tistgħu tħallu x-xogħol mal-persuni indikati hawn fuq jew f’dawn il-postijiet:

  1. Malta Society of Arts, Palazzo de La Salle, 219 Triq ir-Repubblika, il-Belt
  2. Lace Club, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana (kull it-tieni Erbgħa tax-xahar bejn il-5.30pm u s-7pm)
  3. Cross-stitch Club, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana.

2) Tista’ taħdem kutra ma’ grupp, ġirien tiegħek, ħbieb, kor, klabb jew kollegi. Materjal u kulur huma ħielsa għall-għażla tal-individwu sakemm il-qisien tal-kutra jkunu 140x200cm.

3) Tista’ wkoll, jekk inti ma tistax jew ma tafx taħdem il-ganċ, tikkontribwixxi għal dan il-proġett billi tuża t-talenti tiegħek fl-oqsma tal-komunikazzjoni, il-loġistika u modi oħrajn.

Sa meta jintlaqa’ x-xogħol?

 Sa l-aħħar ta’ Dicembru 2017.

Kulħadd jista’jissieħeb, kulħadd huwa ta’ valur kbir!

Iċċekkja l-paġni ta’ Facebook “HAAK je aan? Haken is verbinden” u “De Grootste Gehaakte Deken van de Wereld” għal aktar informazzjoni, avvenimenti u ritratti ta’ kutri lesti.Fuq il-paġna Facebook @samenhaken (“HAAK je aan? Haken is verbinden”) issibu l-aktar informazzjoni. Fuq il-pagna ta’ Facebook@GGDW2018 (“De Grootste Gehaakte Deken van de Wereld”)issibu wkoll ritratti tal-kutri diġà lesti u li nġabru li sa issa diġà laħqu ’il fuq min 800. Kuljum ikun hemm il-kutra tal-ġurnata, li tkun murija wkoll fuq Twitter permezz ta’ #GGDW jew Instagram fuq @GGDW2018

 

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.