Djun’s Album Launch: ‘Il-Hlas’

Date/Time
Date(s) - 29 Jun 2019 - 30 Jun 2019


Cover Art

Wasal il-mument li l-grupp mużikali ġdid Djun, iniedi l-ewwel album tiegħu, liema album ilu jinħema sentejn. Dan l-album se jkun jismu ‘Il-Ħlas’ u se jkun disponibbli f’forma diġitali kif ukoll dik ta’ diska Vinyl 12″.

Filgħaxijiet tad-29 u 30 ta’ Ġunju, fis-sala tal-kunċerti ta’ Palazzo de La Salle (Malta Society of Arts – MSA) id-Djun se jkunu qed isemmgħu dawn il-kanzunetti fil-forma preżentata fuq l-album.

Is-Sibt 29 ta’ Ġunju
Bibien jinfetħu: 20:30
Kunċert jibda: 21:00

Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju
Bibien jinfetħu: 19:30
Kunċert jibda: 20:00


Tiftaħ is-serata il-kantawtriċi Alexandra Alden.

Biljetti minn: https://shop.trackagescheme.com/event/il-hlas-tnedija/

Nittamaw li narawkom hemm!

Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Malta Arts Fund.

Illustrazzjoni u disinn tal-qoxra tal-album: Julinu