Commedia del' Arte ġewwa Palazzo de La Salle

2000px-Lozenge_flag_of_Monaco.svg

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-UNESCO tal-Commedia dell’ Arte, il-MSA tippreżenta

Mistura ta’ Mħabba għal Arlekkino,

farsa oriġinali ta’ Narcy Calamatta, produzzjoni teatrali bil-Malti mtella mill-fondazzjoni ZARARTI.

L-ispiżjar BENVOGLIO skopra mistura li meta tixrobha u tiftaħ għajnejk issir tħobb l-ewwel kreatura li tara, kemm bniedem u kemm ħmar.

Benvoglio iħobb lil ISABELLA, it-tifla tan-negozjant xħiħ PANTALONE, izda jistħi jgħidilha. Kull meta jaraha jibda jtemtem.

Isabella tħobbu wkoll iżda bħala xebba ma tistax tgħidlu. Għalhekk tqabbad lis-serva tagħha COLOMBINA biex tilbes minn flokha u tmur tħabbar imħabittha lil Benvoglio. Colombina issejjaħ lil għażżien ARLECCHINO biex jgħinnha. Dan il-ħmar iżjed iħawwad il-borma u kullħadd jispiċċa konfuż.

PANTALONE ma jimpurtahx lil min tiżżewweġ it-tifla tiegħu basta jaċċetta li jeħodha bla dota. Jiġri li hu ukoll jibla l-mistura ta’ mħabba u b’hekk jitlef għaqlu u flusu kollha.

*******************************************************************************

Id-dħul huwa b’xejn għall-ewwel tmenin persuna li jiksbu biljett. Il-Biljetti jistgħu jinġabru mill-uffiċji tal-MSA mill-1 ta’ Frar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-disgħa u nofsinhar.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq in-numru 99458580.

 

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.